Xtruppaw EXPOSED

Ic Cd Tal ixtruppaw launch

Il-lonċ t’Ic-Cd Tal-iXtruppaw

Wasal il-lonċ konsert tant mistenni ta’ Xtruppożitorju, fejn is-Sibt 6 ta’ Lulju l-Ixtruppaw mistennija jqażżu l’ankri (ħeqqħimm) mill-Ħabż Antik ta’ Kordin, post li għalkemm min jaf x’ra, żgur li għadu ma jafx x’ġej għalih.

Hekk kif toqrob il-ġurnata qed tixxerred l-aħbar li mistennija jagħmlu spexjal eppijerins Gloria Tonna (armata b’bikijni tal-lepard u d-dildow li wirtet m’għand in-nanna Ċett) u (jekk inkunu verament fortunati) Anġelik, sabiex iżomm is-sajjetti l-bogħod permezz ta’ talb u eżorċiżmi.

Mhux sorpriża hi l-parteċipazzjoni tal-BNI, li żgur li se jġibu magħhom is-soltu straġi li tant iħobbu l-fens.

Kif jgħid il-Malti….expekt di unexpekted…. Sadattant, niltaqgħu daqxejn mal-vittma tal-lum.

Rex – aka l’Ala Bieb Ż…

 


Li kieku kont superhero kont tkun…

Ala bieb ż**** minn kulħadd.

(Nota editorjali: Ta’  min jgħid li hawnhekk Anġelik jitfa’ l-ewwel sajjetta, li fortunatament Rex jiżgiċċa bil-ħila tan-nuċċali tax-xemx mera li kien iddobba minn fuq stand il-monti.)

 

L-awqa mumenti mill-preparamenti għall-album il-ġdid?

Ħadt partikolarment bużż meta irrekordjat biċċa bid-double bass, l-ewwel darba li użajt dan l-istrument tant sabiħ.  Dejjem xtaqt nitgħallmu, iżda qatt ma kelli ċans nintefa fuqu.  Din id-diska ħolqot okkażjoni fejn nitgħallem u nesperimenta tekniki mużikali ġodda fuq il-baxx.

 

Jekk tiltaqa’ ma’ Gloria Tonna x’tgħidilha?

Jekk dak l-istordut qed idejqek ħalli f’idi.

 

Imma taħseb li San Ċipress ħa jgħinek tiftaħ il-bieb tal-ġenna?

Il-ġenna tiegħi insibha fuq l-art, meta grazzi għall-Marċ ta’ San Ċipress nara lil kulhadd jieħu gost.

 

Fejn hemm l-aktar ċans li jaħbtu miegħek fil-wijkend, il-fens?

Jew fil garaxx/studio/rehearsal room (l-hekk imsejjaħ kjubikil) jew fil-kċina.  Xi kultant il-Coconut…

 

Liema diska tal-iXtruppaw tapplika l-aktar għalik?

L-Għanja tal-iXtruppaw għax tesprimi il-potenzjal li Malta tista’ tispikka bħala ġojjel fil-Mediterran.

 

U qatt bsart li se ssir leġġenda tal-mużika?

Ifhem, is-saħħara kienet qaltli, pero kont ħadta biċ-ċajt. Mur għidli!

 

Meta kont żgħir xi xtaqt issir?

Is-sopravissut ewlieni tal-apokalissi, biex inkun nista nirrispondi mistoqsijiet ezzenzjali.

 

Min ispirak l-aktar f’ħajjtek?

Darwin.

 

posterBiljetti minn maltaticket.com

€10 DĦUL

€15 XTRUPPACK (Xtruppożitorju’CD* + Dħul) [Minflok €25]

€20 SUPER XTRUPPACK (‘Xtruppożitorju’ + ‘Is-CD ta’ l-iXtruppaw’ CDs* + Dħul) [Minflok €36]

*Is-CDs jinġabbru dakinhar stess minn mal-bieb (mad-dħul jew anke mal-ħruġ).

Għal aktar informazzjoni, żuru l-Fejsbuk pejġ hawn:

https://www.facebook.com/events/537687702936566/?ref=ts&fref=ts

 

Share