U l-iXtruppaw regghu ghamluha

20111120-083049.jpg

Tmiem il-gimgha gabet maghha Festahwid 8, bis-soltu tahlita ta’ bands li huma maghrufa ghall-livell ta’ partecipazzjoni li jispiraw fl-udjenza. Ghalkemm bil-mod il-mod l-affarijiet qed jinbiddlu xi daqsxejn, normalment fil-gigs li nattendi s-soltu (bl-eccezjoni ta’ xi grupp bhal ma huma l-Brikkuni) l-partecipazzjoni tal-udjenza tkun limitata ghal xi hames jew sitt ucuh jimmoxxjaw fuq quddiem. Il-partecipazzjoni tal-bqija tal-kotra generalment testendi ghal xi zewg xengiliet bir-ras. Jew forsi xi ghajta l-hawn u l-hemm jekk xi hadd ikun qed ihossu faqa dakinhar. Dan il-fatt ma jirrifletti xejn fuq il-livell t’apprezzament tal-muzika, izda aktar fuq il-livell tal-ghazz tal-kotra.
Izda ohrog il-ghageb, Festahwid dejjem kienet nieqsa minn kull xhieda t’ghazz. Nibda billi nghid illi Festahwid hi maghrufa ghall-generu punk imzewwaq b’xi daqxejn ska. Zewg stili ta’ muzika li lili ftit li xejn jolqtuni. Meta thabbat il-muza gie li nitpaxxa b’xi CD tal-Clash jew tar-Ramones – izda s’hemmek nasal.
Ghal dir-raguni, iddecidejt li naqbez il-gigs tal-Gimgha u li mmur is-Sibt biss. Tlift xi ismijiet kbar bhall-BNI izda m’hemmx x’taghmel. Ix-xjuhija qed taghmel taghha u jrid altru jkun hemm okkazjoni partikolari biex nispicca nizzabel sat-tlieta ta’ fil-ghodu jumejn fuq xulxin.
Is-sibt fil-ghaxija xrift l-ghatba tal-V-Gen hekk kif il-Pupi tal-Loghob kienu qed jaghlqu s-set taghhom b’cover tal-Motörhead, Ace of Spades. Ftit G&Ts wara (mall-ewwel ghedtilkom jien li hajti ma tantx ghandha mill-punk) telghet band Germaniza fuq il-palk. Ma qbadx x’jisimhom u hlief li l-kantanta kellha energija zur minn hemm u gargi li jbikkuk, ma nista nghid xejn. Izda deher li l-kotra missitha xi daqxejn l-ispirazzjoni, ghalhekk nikkonkludi li l-gargi u l-energija ntlaqghu tajjeb.
L-ispirazzjoni tal-kotra kibret sew hekk kif telghu Id-Dripht fuq l-istage. Il-gargi ta’ mosh pit shiha inghaqdu ma’ dawk ta’ Morales u, aktar tard, anke ma’ dawk tal-Kinnie. Fernezija ta’ riffs, t’ghajjat u ta’ birra ttir. Hadt gost nara t-tahlita li kien hemm fil-mosh pit. Hadt gost anqas meta qlajt hasla birra. Kif ghidtilkom, ix-xjuhija taf taghmel taghha.
Wara id-Dripht kien imiss bokkata t’arja barra. Sadattant kien jidher li nfethu bibien is-sema u hekk kif hrigt barra nsib nies iffullati go xulxin, dahna fuq rasna li min jaf kemm ha gost bija l-pulmun u ghadajjar kontra ghadajjar. Ghalkemm f’xi hin jidher li gewwa l-V-Gen rega ha l-palk il-grupp Germaniz, iddecidejt li nibqa’ nghid kelmtejn barra fil-waqt li nitbissem nara l-hars stramb li bdiet twaddbilna il-folla ta’ nghag tipika ta’ Paceville.
Fl-ahhar waslet il-kelma li Xtruppaw kienu ser jibdew. Kullhadd gera ‘l gewwa. F’kemm ili nghidlek ma baqax spazju fejn iddeffes landa tal-birra ohra fil-mosh pit. Lill-iXtruppaw difficli taqbad tiddeskrivihom. Doza tajba ta’ satira, doza ohra ta’ showmanship, muzika li ggeghlek tkanta maghha bla ma trid izda fuq kollox…doza qawwija ta’ dahq. Dahq u cajt kif nafu niehdu gost bih ahna l-Maltin biss.
Intfajt fuq wara tal-mosh pit. L-arlogg kien qed jimmarka x’is-saghtejn neqsin kwart u dawk li l-inglizi jsejjhulhom “high spirits” kienu prezenti f’aktar minn ghamla wahda. Ma kelli l-ebda dubju li, bhal ma jigri s-soltu meta l-iXtruppaw ikunu fuq il-palk, l-ispirazzjoni fuq quddiem tal-mosh pit kienet ser tilhaq livelli eccitanti wisq. Specjalment ghal xi hadd bhali, li ghandi xorti lhaqt il-hames piedi tul u li dejjem nispicca b’xi daqqa ta’ minkeb go wicci. Ghalhekk intfajt fuq wara.
U hekk kif il-versi meqjusa ta’ Dlam Cappa u Riha ta’ Hara mlew il-V-Gen, il-kotra qamet f’daqqa. U ghal qisu siegha u nofs shah il-kotra ma waqfitx tghajjat, tkanta, taqbez u tizzabel. Dawk id-diski tant filosofici li lkoll kemm ahna nhobbu nwerzqu…ta’ nies orrajt li huma, l-iXtruppaw lanqas wahda ma hallew barra. U kien hemm xi sorpriza l-hawn u l-hemm ukoll, bhal Jeeg Robot d’Accaio li tant intlaqghet tajjeb ma’ dawk li kibru fuq dieta ta’ cartoons tat-tmeninijiet. Bhas soltu, l-kbir hallewh ghall-ahhar. Ma’ Gloria Tonna u Generazzjoni Meqrudin nahseb li aktar kien hemm birra u gharaq itir fl-arja milli ossignu. Kien hemm crowd surfing, kien hemm crowd heckling, kien hemm fliexken tal-plastic itiru u kien hemm kuntrumbajsi u x’naf jien. U wara kollox, dawn huma s-sinjali ta’ gig tajjeb, nghiduha kif inhi.
Qabel ma hrigt naffaccja t-toroq invazati bit-traffiku u bl’ilma tax-xita, l-iXtruppaw infurmawna li iva, ser ikunu qed jahdmu fuq ic-CD l-gdid. Mela hekk, sthajjilt lil kulhadd qed jghid minn taht l-ilsien.

PS: dawk tal V-Gen veru haqqhom prosit ghax minghajrhom dal-hafna festivals u gigs li tpaxxejna bijom dal-ahhar…appa, mhux kienu jsiru.
PPS: le, il-malti tieghi mhux ta’ Vassalli izda milli jidher kien fadalli xi ispirazzjoni mill-bierah. Il-bloggjatura li jmiss, lura ghall-ingliz anke ghax qabzitli b’dal-programm idawwar il-kliem kif jidhirlu hu.
PPPS: Iva, naf li hemm il-g, c u z bit-tikka neqsin. Izda kif jghidu l-iXtruppaw, Issa ara jiena x’ala z….

20111120-101531.jpg

20111120-101619.jpg

20111120-101648.jpg

Share

Comments

  1. Noel says:

    Grazzi Ram :) Vera hadna pjacier, Festahwid huwa l-bidu taghna, kif ukoll event fejn l-espresjoni minghajr esklussivita (u hafna birra) ma jonqos qatt! Grazzi ukoll il-vGen u kull min hadem biex Festahwid rega kien success.

  2. ray says:

    hey ramona i’m Ray,one of the organizers of festahwid.i’d like to give you some more info. the german girl after pupi tal loghob is Patti Pattex (my girl friend) and the band is maltese RAGE AGAINST SOCIETY. togheter with BNI we started the punk scene as it is today since back in 1995. The german band after Dripht is called CUT MY SKIN and is fronted by PATTI. both our bands have the songs about injustice,anti fascisim against the sufferings of millions of children around the world .we are against sexisim and very much into animal rights. so if you want some day a real interview of what PUNK does really mean you can question us when ever you want. we been in the scene from early 1983 so for sure we respond all the questions and reply to some missunderstanding about what PUNK IS REALLY ABOUT..
    for us punk is our life,we breatrh and live punk….it’s not the music…it’s the attitude. for us PUNK’S NOT A FASHION.

    TC AND MAY THANKS FOR WRITING ABOUT OUR PUNKFEST. we started festahwid back in 1999.

    il-bahri ( R.A.S)

    • Hey Ray, tnx the info :) Like I said punk is not my usual music but it doesn’t mean I didn’t appreciate Festahwid! First of all well done for keeping the scene alive and 2ndly the organisation side was impeccable! Re RAS & Cut My Skin… I loved the way the crowd really got into it, including me! I’ll def be emailing you 😀

      • ray says:

        he he i didn’t said that you didn’t appreciate.i sincerly thank you for writing about the festival.all i said was for some misunderstandings to be corrected. yeah you can email me and ask what ever you want.i can tell you the history of the punk/rock/metal scene in malta since it started back in the first YMCA FESTIVAL AT TA’QALI IN 1983.
        THANKS AGAIN
        RAY

Trackbacks

  1. […] Mohawk is somewhat of a rare sight but the movement is still alive and kicking somewhere, as the recent punk festival Festahwid proved. I spoke with one of the most locally known punk veterans, Ray Schembri, known as Il-Baħri. All […]

  2. […] scary insight into Maltese middle-class psychology. Irkotta, which is maybe the Brikkuni answer to Xtruppaw‘s il-Puberta and also a play on words, referring to one of the erm, biggest disputes on the […]

Speak Your Mind

*